Jiddependi xi tħobb imma l-paġna Malta Weather tellgħat post fejn kitbet dak li għandna nistennew din ix-Xitwa. Għal dawk li jħobbu x-Xitwa din aħbar ħażina, imma dawk li mhux ħbieb ħafna ta' dan l-istaġun jaraw din il-bxara bħala waħda pożitiva.

View this post on Instagram

A post shared by Mark Micallef Perconte (@markmicallef1985) on

Huma kitbu li: "Il-biċċa l-kbira tal-mudelli matematiċi tat-temp qegħdin ibassru Xitwa aktar sħuna mis-soltu f'Malta u Għawdex, għalkemm xi iljieli kesħin bil-ġlata ma jistgħux jiġu esklużi hekk kif jidher li se jkun hemm numru ta' ljieli kalmi u ċari minħabba l-effett ta' sistema ġenerali ta' pressjoni għolja. Probabbilment ix-xitwa se tkun ukoll b'inqas xita mis-soltu!"

X'taħsbu minn din l-aħbar? Hemm ċans li dawk li jaħdmu fir-raba' jistqarru li mhux xi aħbar sabiħa ferm. Ikollna nistennew u naraw forsi t-tbassir jerġa' jinbidel aktar ma tersaq viċin ix-Xitwa. Għalkemm s'issa l-istaġun tal-Ħarifa kien wieħed kalm.

Instagram / Mark Micallef


Emil Calleja Bayliss