Jelena Attard ġimgħa ilu, ħalliet lil ġurija ta' X Factor Malta impressjonati bil-wirja tagħha u jidher li s-suċċess tagħha ħa jkompli jikber hekk kif l-audition tagħha spiċċat sabet postha fuq X Factor Global.

Din hi r-raba waħda li spiċċat fuq X Factor Global. Minn ġimgħa għal ġimgħa nkomplu niskopru sa liem fażi l-avventura ta' Jelena ħa twassal. Tgħid narawha fil-live shows? Ċertament din kienet waħda minn dawk l-audition li impressjonat.

Kien hemm ħafna kummenti ta' tifħir, inkluż tal-kuġin tagħha Ludwig Galea. Għal ħafna Jelena hi wiċċ kompletament ġdid, imma bħalissa tinsab tidher fuq Iż-Żagħka ta' NET TV bħala attriċi u deheret ukoll tkanta fuq The Entertainers fl-iskeda li għaddiet.

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Jelena l-isbaħ suċċess f'din l-avventura.


Emil Calleja Bayliss