11-il sena ilu kien jum eċitanti u speċjali għal Chiara! Kien il-jum meta rrapreżentatna fil-Eurovision għat-tielet darba ġewwa r-Russja. 

Is-sapport kien wieħed enormi u ħafna kienu tant ferħana li għat-tielet darba din il-kantanta b'vuċi ta' barra minn hawn kienet ser ixxejjer il-bandiera Maltija. Għalkemm ir-riżultat forsi ma kienx wieħed mistenni, Chiara għamlet lil pajjiżna unur għal darb'oħra u kulħadd kien kburi biha.

Propju fil-finali tas-16 ta' Mejju 2009, Chiara kienet irrapreżentatna bil-kanzunetta 'What if we', kanzunetta li malli tinstema żgur li kemm Chiara kif ukoll il- poplu kollu jġib bosta memorji. Kieku kellek terġa' tara lil Chiara tirrapreżenta lil Malta, xi tgħid?

Facebook/ Chiara


Kyle Zarb