Fis-serata tal-bieraħ ta’ Radio Italia li seħħet għall-ewwel darba f’Malta fuq il-Fosos, Ira Losco flimkien mar-rebbieħa ta’ X Factor Malta 2018 Michela, esibixxew il-kanzunetta tagħhom ‘Cannonball’ għal-ewwel darba.

Iż-żewġ kantanti taw xow mill-isbaħ b’din il-kanzunetta, li ntweriet għal-ewwel darba fuq YouTube propju għaxart ijiem ilu, u ġabret mal-fuq minn 300,000 spettatur. Huma taw prestazzjoni flimkien mal-orkesta preżenti, fejn qalgħu applaws mill-isbaħ mill-udjenza preżenti.  

Id-diska tagħhom ‘Cannonball’ tagħmel parti mill-album ta’ Ira No Sinner No Saint.


Gwida.mt