Is-sena l-oħra lil Ira Losco rajnieha tmexxi lis-subien, fejn kellha t-tliet subien Owen, Luke u Norbert mal-aħħar sitta. Sfortunatment tnejn minnhom temmew l-avventura tagħhom qabel l-aħħar programm fejn l-ewwel erbgħa kkompetew sabiex jidħlu fiċ-ċans li jirbħu l-ewwel staġun.

Ritratt: Facebook / X Factor Malta

Eventwalment Ira spiċċat fit-tieni post grazzi għal Owen Leuellen. Żgur li din is-sena Ira ħa tkun qed tipprova tmur pass 'il quddiem mis-sena l-oħra u ħa jkollha ċ-ċans tagħmel dan bit-tfajliet. Għandha 4 ismijiet b'saħħithom li ċertament ħa jkollha naqra ta' uġigħ ta' ras biex tara min ħa jispikka fil-fażi li jmiss.

  • Charisse Vassallo
  • Danika Cutajar
  • Destiny Chukunyere
  • Gail Attard
  • Jasmine Abela
  • Jelena Attard
  • Julia Camilleri
  • Justine Shorfid
  • Karin Duff
  • Kylie Meila
  • Lisa Marie Tabone
  • Maria Bellia
  • Maria Ellul

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss