Il-paġna Maltese Islands Weather għaddiet aġġornament dwar it-temp u dak kollu li għandna nistennew fis-sigħat li ġejjin. Huma jiktbu, "Ir-riħ dar mill-Majjistral u l-arja ssaffiet. Għal anqas għal ftit sigħat. Ir-riħ jerġa' jdur Xlokk matul il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira u jitqawwa nhar is-Sibt 30/3. Dan se jfisser ir-ritorn ta' ramel fin fl-arja."

Huma jżidu, "Ramel fin se jkun preżenti fl-arja madwar il-Gżejjer Maltin minn kmieni l-Ġimgħa 29/3 sa kmieni t-Tnejn 1/4. Din id-darba mhux mistennija xita tal-ħamrija, però. Dan huwa temp tipiku tar-rebbiegħa, u din is-sena jidher li episodji ta' temp minn fuq id-deżert se jkunu frekwenti!"

Mhux xi aħbar li ħafna se jieħdu gost biha żgur!


Emil Calleja Bayliss