Iktar kmieni llum ġew ippubblikati r-riżultati mis-serata tas-semifinali ta’ Mużika Mużika li ħafna segwew bil-ħerqa u ħallew il-kummenti u r-reazzjonijiet tagħhom dwarha. Dawn qasmuhom fuq is-sit uffiċjali ta’ Festivals Malta.

F’dawn ir-riżultati jidhru xi differenzi notevoli minn dawk tal-finali. Hawn taħt tidher il-klassifikazzjoni tal-kanzunetti kollha fis-semifinali: 

Fl-ewwel post: Vjaġġ Sabiħ – Kantera

Fit-tieni post: Imħabba Vera – Giada

Fit-tielet post: Fil-Qrib – Cliff Zammit Stevens

4: Mingħajr Kliem – Keith Zammit Mintoff

5: Ġranet Sbieħ – Mark Micallef Costa

6: Kewkba F’Tarf L-Irdum – Cherylis

7: Ħolma Ta’ Mument – Dario Bezzina

8: Mhux Tal-Aħħar – Maxine Pace

9: Grazzi – MARA

10: Paradoss – Haley

11: Ġenna – Victoria

12: 3 ta’ Ġunju – Neville Refalo

13: Waħdi – Janice Debattista

14: Meta Tridni Ħdejk – Qalb

15: Lulju – Karen Debattista

16: Dawk L-Għajnejn – Miguel Bonello

17: Imqar Għal-Lejla – Megan May

18: Kieku Kelli – Thea Aquilina

19: Din Għalik – Moira Stafrace

20: Iljun – Adreana Debattista

Taqblu intom ma’ din il-klassifika?

Agħfas HAWN għad-dokumenti uffiċjali.


Marija Bellia