Għalkemm illum festa, it-tim tal-produzzjoni tad-drama Division 7 mhux qegħdin igawdu din il-ġurnata bħalna. U ngħiduha kif inhi, kważi kważi lanqas is-Sajf ma jgawdu, għax se jkunu mħabbtin bil-filming tal-istaġun li jmiss li jibda f’Ottubru.

Fuq il-midja soċjali, il-paġna ta’ Division 7 kitbet: “Illum festa, intom tgawdu l-baħar u aħna naħdmu għalikom! Imma mhux problema, għax aħna għat-telespataturi tagħna minn kollox nagħmlu. Il-festa t-tajba l-aħwa!”

Tgħid x’se jkun qed jiġri issa f’Division 7? Intom ħerqana biex terġgħu tibdew tarawh?

Facebook/Division 7


Nicole Barbara