Dave Waters qed jirranġa l-viżibilità f’Tas-Sliema mera mera!

Dan ir-raġel qed jappella lil kull min jilmaħ xi mera bħal dawn li tkun maħmuġa, f’Tas-Sliema u lil hinn, jikkuntatjah b’ritratt u l-isem tat-triq, u hu flimkien mat-tim tiegħu inaddfu l-mera b’xejn!

F'dan ir-ritratt partikolari, jidher li qed inaddaf mera li tinsab f’kantuniera ġewwa Triq Depiro f’Tas-Sliema.

Dawn il-mirja jintużaw għall-viżibilità aħjar għal min ikun qed isuq, b’hekk għandom importanza kbira għas-sigurtà tas-sewwieqa.

Ġest mill-isbaħ li żgur qed jgħin biex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku.

Facebook / @dave.waters.794


Luke Borg