Bugħaddas miet wara li ġie salvat mill-baħar f'Wied iż-Żurrieq aktar kmieni dalgħodu. Ekwipaġġ tas-salvataġġ tas-Salib l-Aħmar qabżu fil-baħar meta r-raġel ta’ 78 sena sab ruħu f’diffikultà.

Ir-raġel Pollakk inġib fuq l-art u ngħata s-CPR sakemm waslet ambulanza fuq il-post u huwa ttieħed lejn l-isptar Mater Dei, iżda ġie ċċertifikat mejjet mal-wasla tiegħu.

Il-Pulizija tgħid li kien qed jogħdos f'Wied iż-Żurrieq. Wied Iż-Żurrieq hu popolari għall-għadis minħabba s-sit famuż tal-inkaljar ta' Blue Grotto u Um El Faroud.

Facebook / Colourful Malta


Emil Calleja Bayliss