Il-paġna Covid19 Malta ħarġu aġġornament dwar kemm ingħataw multi l-ġimgħa li għaddiet.

Dawn qalu li l-maġġoranza tan-nies imxew mar-regoli imma b’kollox ingħataw 1137 multa. 663 minnhon ġew mogħtija lill-persuni li nqabdu mingħajr maskra, 330 persuna kienu fi gruppi iktar minn kemm tippermetti l-liġi u 125 persuna ġew immultati fuq ksur tar-regoli ta’ kemm jistgħu jinġabru nies f’residenza.

fines

Fil-jiem li ġejjin mistennija jiġu rilaxxati xi miżuri, fosthom il-ftuħ ta’ servizzi mhux essenzjali u għal Mejju mistennija jerġgħu jinfetħu r-ristoranti. Importanti li dejjem nobdu l-miżuri li jinħarġu mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Facebook / Covid19 Malta


Henzley  Bezzina