Lejn tmiem is-sena 2021, il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) laqa’ 94 rekluta, li 11 minnhom kienu nisa u 6 Għawdxin.  Ir-rekluti kienu maqsuma f’żewġ sezzjonijiet u kellhom jgħaddu minn diversi stadji biex jintgħażlu inkluż test ta’ saħħa fiżika, test militarju, assessjar bil-kitba, intervista, kif ukoll vista medika. 

Wara għadd ta’ xhur ta’ preparamenti għad-dinja tal-militar, illum dawn in-nies ħadu s-sodisfazzjon li ħadu t-titlu ta’ suldati.  Dan sar permezz ta’ ċerimonja forma ta’ parata għal dawn l-istess suldati.  Il-paġna tal-AFM qasmet għadd ta’ ritratti miċ-ċerimonja tal-lum li żgur ser tibqa’ f’qalb dawn in-nies li tant ħadmu għal din il-ġurnata!

Is-suldati issa jintgħażlu sabiex jieħdu ħsieb sezzjonijiet differenti tal-AFM f’Malti skont il-bżonnijiet għas-servizz, kemm fl-art, mal-baħar, kif ukoll fl-ajru. 


Marija Bellia