Victorio Gauci, il-kantant tal-grupp popolari The Crowns illum jagħlaq sninu. Victorio llum qed jiċċelebra għeluq it-33 sena u għandu xi ħaġa speċjali pjanta fi ftiem jiem oħra!

Infatti għaxart ijiem oħra, il-grupp The Crowns ħa jkun qed iniedi t-tieni album tagħhom bl-isem ta' Next In Line. L-album launch ħa ssir fil-25 ta' Ottubru ġewwa The Palace, Paola. Waqt it-tnedija ħa jkunu qed idoqqu selezzjoni minn dan l-album.

L-ewwel album tal-grupp ġie fl-2013, issa sitt snin wara jirritornaw b'album ieħor li fih 12-il kanzunetta inkluż uħud mis-singles popolari li ħarġu tul dawn l-aħħar sentejn! Stephanie Galea kienet il-persuna inkarigata mill-artwork ta' dan il-proġett!

Il-grupp għadhom kif neded ukoll il-filmat mużikali tal-kanzunetta Royal, li kellu direzzjoni ta' Gordon Bonello, ċimatografija ta' Rodney Gauci u edittjar ta' Duane Laus. Il-kanzunetta kienet it-tielet waħda li ħarġet din is-sena, wara Calling My Name f'Mejju u We're Gonna f'Lulju.

Dawk kollha li jixtiequ jattendu għal din it-tnedija jistgħu jagħmlu dan bill jagħfsu HAWN. Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Victorio f'dan il-jum speċjali u nawguraw ukoll lil The Crowns għal din it-tnedija. Sabiħ naraw aktar kanzunetti oriġinali minn gruppi Maltin!

Nina Adams - Facebook / Victorio Gauci


Emil Calleja Bayliss