Ħafna jafu lil Grecia Bezzina tieħu sehem f'festivals lokali bħall-Għanja tal-Poplu kif ukoll tkanta ma' ħuha Dario sa minn mindu kienet żgħira.

Hi ħadet sehem ukoll f'diversi musicals bħal Ħidmietna u Ommna tal-Grazzja.

dario u grecia

Facebook / Grecia Bezzina

Propju llum Grecia għalqet sebgħa u għoxrin sena u għalhekk qed tiċċelebra l-Lucky Birthday tagħha.

Ommha stess ħallitilha messaġġ sabiħ ħafna fuq il-medja soċjali fejn kitbet li hi kburija ħafna biha u li hi l-ikbar barka li qatt ingħatat mis-sema.

Omm grecia

Facebook / Mariella Bezzina

Nawguraw lil Grecia li tixtieq qalbha biex tgawdi din il-ġurnata li tiġi darba biss f'ħajjitha.

Facebook / Grecia Bezzina


Neville Refalo