Illum id-disinjatur lussuż Malti Luke Azzopardi jiċċelebra għeluq sninu. Luke għadu kif għalaq 27 sena u llejla, f’event privata li se ssir ġol-ħanut Camilleri Paris Mode, se jkun qed juri parti mill-kollezzjoni l-ġdida tiegħu li se toħroġ f’Diċembru li ġej.

Għalkemm aħna kurjużi biex naraw x’ħoloq Luke, li nafu żgur huwa li l-kollezzjoni l-ġdida tiegħu, għall-ewwel darba, se tkun ready-to-wear. Dan iġifieri persuna tista’ tmur tara l-ilbiesi u tixtri dak il-ħin minflok tordna minn qabel.

Apparti minn hekk, Luke illejla se jkun qed juri wkoll parti mill-kollezzjoni Nocturnal Artefacts SS20, li kien tella’ Londra waqt London Fashion Week f’Settembru li għadda. Iżda dan mhux biss - Luke illejla se jkun qed juri wkoll xi lbiesi minn kollezjonijiet li kien diġa ħareġ fil-passat.

View this post on Instagram

A post shared by Luke Azzopardi (@lukeazzopartyallthetime) on

Iżjed ma jgħaddi ż-żmien, iżjed jikber it-talent ta’ Luke. Intom kurjużi biex taraw x’disinji se joħrog bihom?

 Instagram/lukeazzopartyallthetime


Nicole Barbara