Illejla fuq X Factor se jkun hemm it-tielet Live Show. Ftit tas-siegħat ilu għadu kif tħabbar fuq il-profil uffiċjali ta’ X Factor fuq Instagram li fuq il-panel tal-judges din id-darba jaf ikun hemm judge ieħor li qatt ma kien involut f’xi ħaġa bħal din qabel.

Apparti minn hekk, dan se jkun judge ħafna differenti mill-oħrajn. Ġie żvelat li jismu Bailey u bażikament…

Hekk hu! Bailey huwa shih tzu ħelu li fuq Instagram għandu l-profil tiegħu wkoll! Fuq ir-ritratt li tefa’ ġie miktub: “Nippreparaw għal Live Show 3 mill-judges panel, maċ-ċelebritajiet Ira Losco u Peter Carbonaro.”

xfactor
Ritratt: Instagram/@xfactormalta

X’taħsbu intom? Taċċettawh lil Bailey jkun il-judge li jmiss?

Facebook/X Factor Malta


Nicole Barbara