Illejla se ssir it-tmien edizzjoni tal-kunċert ‘Rock in the Forest’ ġewwa l-Buskett. Il-qligħ kollu minn dan il-kunċert se jmur għal Terry Time Trust. Terry Time twaqqfet sabiex tgħin finanzjarjament lill-familjari tad-DJ u l-preżentatur tar-radju Terry Farrugia, minħabba li marad bil-marda qerrieda tal-Lukimja.

Illejla f’dan il-kunċert se jkun hemm festa ta’ mużika! Se nisimgħu mużika rock klassika, kontemporanja u moderna tal-aqwa kantanti u bands fl-istorja tal-mużika rock, bħal Queen, Pink Floyd, Coldplay, Zucchero, AC/DC, Bon Jovi, Metallica, Green Day, U2, Lady Gaga u ħafna oħrajn.

Uħud mid-19-il kantant u kantanta lokali li se jkantaw illejla huma Gianni Zammit minn RUG, Charles Busuttil minn Muzzle u Georgius Mifsud minn Shades of Green, fost ħafna oħrajn.

Dan il-kunċert mhux ta’ min jitilfu! Apparti li se tkun lejla mimlija mużika, il-profitti kollha se jmorru għal għan nobbli. It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jgħid prosit lill-organizzaturi ta’ dan il-kunċert għal din l-inizjattiva hekk sabiħa!

Facebook / Rock in the Forest


Yasmin Camilleri