Illejla ħa ssir ir-raba' edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Żgħażagħ li ħa titella' ġewwa l-Pietà. L-edizzjoni ta' din is-sena ħa tkun preżentata minn Christine Haber u Emma Cutajar; 20 kanzunetta ħa jkunu qed jikkompetu f'dan il-festival tat-tfal. Il-kanzunetti huma maqsuma f'żewġ kategoriji dik ta' kantanti bejn il-5 u 11-il sena u l-oħra minn 12-il sena 'il fuq. 

L-20 kanzunetta finalista huma:

  1. Kliem Fis-Skiet - Leon Saliba Bugeja (Gillian Attard / Ivan De Battista)
  2. Did-Dinja Kiefra - Aaliyah Vella (Gillian Attard / Ivan De Battista)
  3. Naħseb B’Moħħi - Teo Zammit  (Kaya / Joe Chircop)
  4. Imżewqin - Yaziah Scicluna Galea (Philip Vella / Rita Pace)
  5. Jien Naf - Kylie Ann Cassar (Mark Spiteri Lucas / Rita Pace)
  6. Ningħata - Rihanna Azzopardi (Kaya / Paul Ellul)
  7. Burdati - Nathaniel Attard (Philip Vella / Emil Calleja Bayliss)
  8. L-identità - Klara Vassalo & Jade Marie Muscat (Andrea Cassar / Elaine Vella)
  9. Oħt il-Għerf - Eksenia Sammut (Mark Spiteri Lucas/Emil Calleja Bayliss)
  10. Sa Minn Ċkuniti - Elisa Andrea Muscat  (Mark Spiteri Lucas / Paul Ellul)
  11. Ma Jonqosni Xejn - Krista Sujak (Marco Debono / Rita Pace)
  12. Tuni Ċans - Mychael Bartolo Chircop  (Andy Shaw / Emil Calleja Bayliss)
  13. Li Ma Kienx Għalik - Luana Schembri (Marco Debono / Rita Pace)
  14. Flimkien  - Kaylee Cutajar  (Chan Vella / Christopher Azzopardi)
  15. Fuq Bandla - Krista Sujak (Marco Debono / Emil Calleja Bayliss)
  16. Ċafċifa - Martina Schembri (Andrew Zahra / Emil Calleja Bayliss)
  17. Żommni Taħt Idejk Mulej - Bradley Cachia (Marco Debono / Rita Pace)
  18. Seħer It-Tfulija  - Leah Cauchi (Elton Zarb / Rita Pace)
  19. Malta Tiegħi - Kensley Ciappara (Kaya / Rita Pace)
  20. Ġawhar - Kira Copperstone, Leeanne & Kelsey Carabott (Mark Scicluna / Rita Pace)

Wieħed jista' jisma' dawn il-kanzunetta billi jagħfsu HAWN. Tajjeb li ngħidu li ħa jiġu mħabbra l-ewwel tlieta minn kull kategorija, imbagħad jitħabbar ir-rebbieħ assolut ta' din il-kompetizzjoni.

Waħda mill-mistiedna speċjali ta' din is-serata ħa tkun Martina Galea Loffreda, li rebħet is-serata tas-sena l-oħra bil-kanzunetta Moħħ Ta' Tifla fuq kliem ta' Paul Ellul u mużika ta' Mark Spiteri Lucas.

Il-preżentatriċi Emma Cutajar ħa tkun qed tniedi kanzunetta ġdida Bla Ma Rrid fuq kliem ta' Rita Pace, mużika ta' Mark Spiteri Lucas u arranġament mużikali ta' Aldo Spiteri.

Il-kanzunetta titkellem dwar l-ambjent u kemm hu importanti li nagħtu kasu u nippreżervawh. Il-kanzunetta hi mil-lenti ta' din it-tfajla li qed tara l-iżvilupp quddiem għajnejha li bil-mod il-mod qed jeqred l-ambjent li tgħix fih u li tant u tant tgħożż.

Illejla fit-20:30 ġewwa l-Pietà, u live ukoll fuq NET TV ir-raba' edizzjoni ta' dan il-konkors. Min ħa jkun qed jgħolli t-trofew fl-aħħar tas-sertata? Awguri lil kantanti, awturi u kompożituri li llejla ħa jkunu qed jikkompetu f'dan il-konkors!


Luke Borg