"Għadna nitbissmu 14-il sena wara - Mument maħtuf f'nofs ġurnata mimli laqgħat u negozjati." - Dan kien kliem l-MEP Maltija Roberta Metsola fuq il-midja soċjali lbieraħ filgħaxija fejn għal koppja kienet ġurnata speċjali.

Ritratt: Facebook / Roberta Metsola

Ħafna ħadu ċ-ċans jawguraw lil Roberta u lir-raġel tagħha Ukko f'dan il-jum, il-koppja huma ġenituri ta' erba' subien u ċertament li l-ġurnata tagħhom dejjem mimlija daqs bajda b'impenji professjonali u impenji familjar.

F'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja aktar u aktar snin ta' mħabba u tgawdija flimkien mat-tfal tagħhom. Awguri Roberta u Ukko!

Facebook / Roberta Metsola


Emil Calleja Bayliss