Il-Wildlife Rescue Malta illum kitbu fuq il-paġna uffiċjali tagħhom ta’ Facebook dwar diversi telefonati li qegħdin jirċievu sabiex isalvaw friefet il-lejl li qegħdin ibatu f’din is-sħana li qiegħda tagħmel fil-gżejjer Maltin.

Il-friefet il-lejl ikollhom bżonn l-għajnuna tal-Wildlife Rescue Malta meta; jippruvaw itiru iżda jsibuha diffiċli, jiddaħlu ġo xi dar minn xi qattus u probbabilment ikollu ħsara fil-ġwienah, meta jinstabu friefet il-lejl żgħar ikunu delikati ħafna, għallura jkollhom bżonn l-għajnuna tagħhom sabiex jittieklu, fost diversi punti oħrajn.

“F’dawn il-każijiet, ċemplulna mal-ewwel fuq in-numru tal-emerġenza tagħna 99999505, u poġġuhom ġo xi kaxxa żgħira sakemm naslu” kitbu fl-istess post, flimkien ma’ iżjed dettalji li wieħed ta’ min jieħu nota tagħhom.


Nicole Zammit