Shannon Kircher ġiet Malta għal vaganza b’emozzjonijiet imħallta. Il-ġenituri tagħha kienu qalulha dwar Malta mimlija wirt, bliet pittoreski u ikel tajjeb. Għalkemm xi wħud minn dawn l-elementi jibqgħu, hija kienet iddiżappuntata meta rat it-tnaqqis drastiku ta’ dawn l-elementi

“Kien hemm xi żvilupp maġġuri li mhux kollu sar bi ħsieb. Hemm żidiet kbar ta’ bini għoli tul il-fruntieri tal-bajja u ż-żoni ta’ bini li naqqsu l-karattru oriġinali tal-bliet u rħula. Ħassejt id-dwejjaq meta nara żoni żviluppati ħażin, imma ħassejtni ukoll kburija  meta smajt l-istorja tal-għaġeb tal-pajjiż.”

Hija faħħret il-Belt Valletta u l-Imdina li jibqgħu bliet kulturali mimlija wirt fejn l-istorja tinsab f’kull rokna. Hija tħeġġeġ lin-nies biex iżuru Malta u jesploraw l-għeġubijiet tagħha li fadal.

Aqraw il-blog tagħha hawn.

Thewanderlusteffect.com/Shannon Kircher


Bernard Xuereb