Id-direttur Charles Stroud għadu kif ippubblika xi ritratti meħudin minn fuq is-set waqt l-iffilmjar tas-sensiela maħbuba minn kulħadd Ulied Il-Lejl. Fil-fatt l-istorja ser tkun qed tkompli f'Settembru li ġej. 

Ir-ritratti juru fost l-iżgħar atturi f'din il-produzzjoni, tfal bravissimi li wkoll qed jiffurmaw parti minn din l-istorja mill-isbaħ. Charles kiteb, "Il-protagonisti f'ULIED IL-LEJL kienu t-tfal. Jaslu għall-filming b'uċuħ entużjasti, ħerqana biex jagħamlu dak li suppost b'mod realistiku u rikonoxxenti wara talli ħadt paċenzja bihom."

Fir-ritratti l-atturi żgħar jidhru għaddejjin bix-xeni tagħhom u l-entużjażmu u l-ferħ jidhru perfettament f'għajnejhom. Lesti għal dak li jmiss waqt Ulied Il-Lejl f'Settembru li ġej?!


Kyle Zarb