In-Nutar Myriam Spiteri Debono għandha 71 sena u bejn l-1996 u l-1998 kienet Speaker tal-Parlament. Però dalwaqt tibda taqdi rwol ta' responsabbiltà kbira! 

Dan għaliex issa se tkun il-ħdax-il President ta’ Malta. Spiteri Debono se tkun it-tielet President Mara, iżda l-ewwel President Mara Għawdxija. 

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li llejla stess kemm il-Gvern, kif ukoll l-Oppożizzjoni vvotaw favur in-nomina tagħha. Ħadd ma vvota kontra. 

Barra minn hekk, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni qablu li, meta jkun meħtieġ li jinħatar Aġent President, il-Prim Ministru jipproponi lill-eks Ministru Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.

Nifirħu lin-Nutar Spiteri Debono.


Marija Bellia