Wiċċ Martha żgur mhux wieħed ġdid, il-mudella tajret il-bandiera Maltija f'żewġ okkażjonijiet, fl-2008 Martha kienet Miss World Malta u rrapreżentat lil pajjiż f'Miss World ġewwa l-Afrika t'Isfel. Tmien snin, fl-2016 hi rebħet Miss Universe Malta u b'hekk rebħet id-dritt li tmur ġewwa l-Filippini għal konkors spettakolari ta' Miss Universe. 

Ritratt: Mikloas Xuereb - Facebook / Martha Fenech

Barra minn hekk lil Martha mhux l-ewwel darba li rajnieha f'xi kampanja lokali wkoll. Ġimgħa ilu l-mudella kellha ċelebrazzjoni b'differenza hekk kif saret omm ta' tifla. Ħafna ħadu l-opportunità jifirħu l-mudella u lill-missier it-tarbija f'dan il-perjodu ta' ferħ għal din il-koppja. Jidher li t-tarbija waslet ftit jiem biss wara għeluq snin Martha. 

Ritratt: Facebook / Martha Fenech

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat, ċertament li tarbija ġġib ħafna u ħafna ferħ fil-familja. Awguri Martha u Steve. 

Facebook / Martha Fenech


Emil Calleja Bayliss