Il-Hooli illum qed jiċċelebra ġurnata kemxejn speċjali. Ġurnata speċjali mhux biss għalih, imma għall-familja kollha. Dan għaliex illum jaħbat għeluq snin ommu l-għażiż. F'dan il-jum hu ddeċieda li jħallilha messaġġ mill-isbaħ fuq Facebook.

Il-Hooli kiteb, "Illum għeluq snin ir-Reġina tal-familja tagħna. Il-mara li welldet u rabbiet tliet ulied b’imħabba bla ebda kundizzjoni, il-mara tal-għaziz missieri u dik il-mara li jien inħobb aktar, kull ġurnata li tgħaddi. Awguri għażiża ommi!"

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawguraw lill-omm il-Hooli l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali.


Emil Calleja Bayliss