Pelè, wieħed mill-akbar leġġendi tal-futbol, kellu jerġa’ jiddaħħal lura l-isptar, wara li f’Settembru li għadda għamel operazzjoni biex jitneħħielu t-tumur tal-musrana.

Ir-raġuni għal dan hi li Pelè jrid jirċievi trattament għall-kanċer fil-musrana sabiex jitneħħielu tumur. L-isptar Albert Einstein ġewwa Sao Paolo, li huwa l-isptar fejn qed jiġi trattat Pelè, ħareġ stqarrija fejn serrħu ras in-nies li Pelè bħalissa jinsab f’qagħda stabbli u fil-jiem li ġejjin għandu jkun qed jiġi rilaxxat mill-isptar.  

pele


Henzley  Bezzina