Matul din il-ġimgħa rajna ħafna flokkijiet u bnadar bil-kuluri tal-qawsalla. Dan għax hija ġimgħa ddedikata lil Malta Pride!

Ħafna individwi, għaqdiet jew kumpaniji tellgħu xi ritratti bil-kuluri tal-qawsalla biex joħolqu kuxjenza f’din il-ġimgħa ddedikata lil Malta Pride.

Għamlu hekk ukoll l-Għaqda tal-Banda taż-Żejtun! Fil-fatt il-faċċata tal-każin xegħluha bil-kuluri tal-qawsalla biex jissapportjaw lil Malta Pride. Fuq il-midja soċjali tal-każin qalu li s-soċjetà tagħhom hija waħda inklussiva u tiċċelebra d-diversità.

Biex jitkomplew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din il-ġimgħa, illejla hemm kunċert f’Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Il-preżentaturi li se jippreżentaw din is-serata huma Angie Laus, Peter Carbonaro u l-crew tal-istazzjon tar-radju 89.7 bay.

Barra li se jkun qed idoqq DJ Panelli, se tagħti spettaklu Alyssa Van Delle. Se jingħataw diversi prestazzjonijiet minn gruppi, Dancing Angels u Dancelab fost ħafna oħrajn. Dan mhux biss!

Diversi kantanti lokali se jkunu wkoll parti minn dan il-kunċert! Uħud mill-kantanti huma Glen Vella, Nicole Frendo, Petra, u Fabrizio Faniello. Bla dubju se jkun hemm spettaklu mill-aqwa!


Yasmin Camilleri