Huwa impossibli li hawn xi ħadd li ma semgħax bil-kanzunetta ‘Dance Monkey’. Pero hemm diversi verżjonijiet interpretati minn kantanti Maltin li rnexxielhom jagħtu togħma kemm xejn differenti lill-kanzunetta!

Fost l-artisti Maltin li xeħħtu fuq il-profil tal-Facebook tagħhom verżjoni ta' din id-diska huma Aidan Cassar, Ryan Axisa u Simaria Galea. 

L-interpretazzjoni ta' Aidan ippublikata lbieraħ:

L-interpretazzjoni ta' Ryan:

L-interpretazzjoni ta' Simaria:

L-interpretazzjoni ta’ dawn it-tliet kantanti bravi marret tajjeb ħafna. Naturalment din hi xi ħaġa li tiġri kull darba li jaqsmu xi verżjoni minn tagħhom ta’ xi kanzunetta. 

Bosta kienu kummenti pożittivi bħal “Ħafna Ħafna aħjar mill-oriġinali proset!”. U fil-fatt dan hu minnu! cmt

F’isem it-tim kollu tal-Gwida ngħidu proset kbira lil dawn it-tliet artisti u nixtiequ li jibqaw jagħtuna x’nisimgħu! 


Kyle Zarb