Il-grupp taż-Żgħażagħ Franġiskani GIFRA, se jtellgħu Musical tal-Passjoni bl-isem 'Il-Ġuri'. Dan il-musical għalkemm ngħaddu mill-ġrajja tal-Passjoni ta' Ġesù, se joffri wkoll sfidi u riflessjonijiet lil min ikun qed jisimgħu tant li l-udjenza hija parti minn dan il-dramm waqt li jinkludi għadd ta' żfin u kant marbuta mat-tema.

Żgur li se jinżel tajjeb ma' kull min jattendi għax se jkun qed isegwi l-ġrajja storika iżda b'riflessjonijiet li japplikaw għad-dinja tal-lum. Dan ikompli jgħin sabiex nidħlu fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa. 

Dan il-Musical tal-Passjoni se jittella' nhar l-Erbgħa tat-Tniebri 27 ta' Marzu fis-19.30, ġewwa l-iskola ta' San Ġorġ Preċa 'Il-Liceo' fil-Ħamrun. Tista' tibbukja l-post tiegħek jew titlob iktar informazzjoni billi tibgħat fuq in-numru 7707 3642, jew inkella idħol fuq Knisja San Franġisk Ħamrun jew Franciscan GIFRA Youths fejn hemm int tista' tibbukkja l-ammont ta' biljetti li trid.


Gwida.mt