Il-jum tal-Ġimgħa l-Kbira jkun mistenni minn bosta Maltin reliġjużo, biex ifakkru t-tbatija li għadda minnha Ġesù. F’din il-ġurnata, ħafna jipprattikaw l-astinenza billi ma jiklux laħam u ħlewwiet. F’bosta rħula nsibu ukoll il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, b’xi rħula aktar magħrufin għaliha minn oħrajn, iżda kollha m’humiex neqsin minn ebda opri artistiċi. Il-purċissjonijiet tal-lum f’Malta bil-ħinijiet huma:

  • Iż-Żejtun – 17:00
  • Iż-Żebbuġ - 17:30
  • Mosta – 17:30
  • Birgu– 17:30
  • Isla– 17:30
  • Valletta – 18:00
  • Bormla – 17:30
  • Luqa – 17:30
  • Naxxar – 17:30
  • Paola – 17:30
  • Qormi – 17:30
  • Rabat – 18:00.

F’Għawdex umbagħad, il-purċissjonijiet huma dawn:

  • Rabat 18:00
  • Nadur – 18:00
  • Xagħra – 18:00
  • Żebbuġ – 18:00.

Din is-sena, fil-Mosta, "il-Monument (xbieha ta’ Kristu mejjet) jagħlaq 100 sena minn mindu fforma parti mis-sett tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira" ħabbru d-Dipartiment tal-Informazzjoni. 


Nicole Zammit