Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, saret it-tnedija uffiċjali tat-tieni staġun ta' Love Island Malta. Il-parteċipanti tal-ewwel staġun kienu mistienda jattendu u wħud minnhom ma ddejqux jaqsmu l-esperjenza tagħhom fuq il-mezzi soċjali.

Koppja li kienet maħbuba ferm u li baqgħet flimkien wara din l-esperjenza kienet Gaby u Sven. Fuq il-mezzi soċjali, Gaby għaddiet messaġġ ħelu lill-parteċipanti tat-tieni staġun. Messaġġ mill-qalb li juri li minkejja li Love Island huwa reality show, fih tassew tista' ssib l-imħabba.

Hi tikteb, "Għeżież kontestanti tat-tieni staġun ta' Love Island, m’għandna l-ebda parir dwar kif tirbaħ il-premju tal-flus... imma jekk toħroġ minn hemm mal-imħabba ta' ħajtek, tkun taf li verament irbaħt. Ħalli l-imħabba dejjem tiġi l-ewwel. Ħafna imħabba, ir-runners-up."

Awguri mill-qalb Gaby u Sven! Nawguraw lill-parteċipanti tat-tieni staġun. Kurjużi biex insiru nafuhom!

View this post on Instagram

A post shared by Gaby Cook (@gaby_cook_)


Emil Calleja Bayliss