Partita li ħafna qed jistennew hija dik tal-Ġermanja kontra Spanja, fejn il-Ġermaniżi jridu bilfors rebħa biex forsi jirnexxielhom jgħaddu għall-fażi li jmiss. Din ser tintlagħab fit-20:00.

Mill-banda l-oħra, wara r-rebħa kbira li għamlu l-Ispanjoli fuq il-Costa Rica, dawn illejla se jkunu fiċ-ċans li jgħaddu għar-round li jmiss jekk jirnexxielhom jerbħu lill-Ġermanja.

Ovvjament wieħed ma jista’ jkun ċert qatt x’se jiġri għax il-futbol, b’mod speċjali f’din il-World Cup huwa mimli sorpiżi. Eżempju ta’ dan hija l-partita bejn il-Costa Rica u l-Ġappun. Il-Ġappun kisbu rebħa grandjuża fuq il-Ġermaniżi imma llum sfaw telliefa kontra l-Costa Rica, l-istess tim li qala’ seba’ gowls kontra Spanja.


Henzley  Bezzina