Fl-aħħar 48 siegħa fl-Amerika kien hemm żewġ mass shootings. Meta l-White House qed tiġi biex tniżżel il-bnadar b’rispett għall-vittmi, qed issibhom imniżżla lesti minn ġimgħa għal ġimgħa hekk kif il-mass shootings qed ikunu wisq frekwenti.

S’issa kien hemm 130 mass shooting fl-Amerika din is-sena, li jfisser kważi wieħed fil-ġurnata! DIn hija xi ħaġa ferm tal-biża.

Fost ħafna ċelebritajiet, Madonna għamlet appell biex jiġu nfurzati l-liġijiet li jikkonċernaw l-użu tal-armi. “Traġedja ssir aktar traġedja meta diġà hemm soluzzjoni. Dik tissejaħ gun control!” sostniet Madonna. Minbarra l-mass shootings, Madonna ġibdet l-attenzjoni dwar il-brutalità mill-pulizija speċjalment fuq nies ta’ ġilda skura.

M

Twitter/ Madonna


Bernard Xuereb