Id-DPM u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar aktar kmieni li l-Gvern għamel ordni tal-booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19 għas-snin 2021, 2022 kif ukoll 2023. Dan apparti l-progress kbir li qed isir f'pajjiżna f'dak li hu vaċċinazzjoni tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija.

Chris Fearne qal waqt diskussjoni fil-Kamra tad-Deputati li kollox jindika li fl-24 siegħa li ġejjin, 60 fil-mija tal-adulti se jkunu tlaqqmu biż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19, kif ukoll li 77 fil-mija se jkunu mlaqqma bl-ewwel doża. Dan hu sinjal tajjeb meta tara l-kambjament li għamilna fejn jidħlu każijiet pożittivi tal-Covid-19.

Wara li ħafna persuni fosthom ħaddiema mit-tim mediku nltaqtu minn effetti fuq is-saħħa mentali tagħhom, l-aktar ansjetà, dipressjoni u solitudni, ser jiġu diskussi aktar fil-beraħ is-soluzzjonijiet għal dan.


Kyle Zarb