Ftit tax-xhur ilu l-atturi Clayton Pace u Lenies Gauci kellhom tifel ġustużinu li semmewh Noah. U bħal ommu u missieru jidher li Noah se jkun involut ħafna fix-xena televiżiva, propju propju għax sa llejla stess se jkun qed jidher għall-ewwel darba fuq is-serje televiżiv Fattigi!

Fuq il-medja soċjali, Clayton kiteb: “Ninsabu diġà bit-televiżjoni mixgħul biex naraw id-debutt ta’ Noah fil-finale tat-tieni staġun tas-serje Fattigi. Nisperaw wara dawk ir-rehearsals kollha li għamilna miegħu jien u Lenies joħroġna ta’ nies.”

Tgħid se jagħmel parti tajba Noah? Illejla Fattigi se jkun qed jintwera fuq NET fid-9:00pm.

Facebook/Clayton Pace


Nicole Barbara