Fadal ġimgħatejn biss biex naraw l-ewwel episodju, iżda d-data tal-finali tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta, hija kkonfermata għas-Sibt 8 ta’ Frar 2020.

Dan ifisser li bil-kalkoli tagħna, jekk il-fażi tal-live shows tibda fl-ewwel Ħadd ta’ Jannar, kif bdiet is-sena l-oħra, se jkollna żewġ serati aktar mis-sena l-oħra!

Aktar kanzunetti, aktar prestazzjonijiet u aktar suspans.

Il-kompetizzjoni hija maqsuma f’5 fażijiet:

Auditions, Bootcamp, Chair Challenge, Judges’ Houses u Live Shows

S’issa l-iffilmjar tas-sensiela wasal fit-tielet fażi li seħħet matul tmiem il-ġimgħa, fejn Howard, Ira, Alex u Ray, għażlu is-sitta li ser jieħdu magħhom għall-fażi li jmiss.

Min ser ikun ir-rebbieħ tat-tieni staġun ta’ X Factor Malta?


Luke Borg