Il-kantant u preżentatur Ian J Vella għadu kemm żvela dak li ser ikun qed jagħmel matul din l-iskeda fuq it-televiżjoni! Wara l-waqfa tiegħu f'The Entertainers, Ian J Vella ser ikun qed jissieħeb mal-preżentatriċi Antonella Vassallo waqt il-programm Għaddi s'hawn bħala kantant residenti. 

"Bi pjaċir inħabbar, grazzi għal Antonella Vassallo, li flimkien mal-ħabib u pjanista tiegħi Christian Borg se nkun kantant residenti u ser nagħtikom divertiment kull nhar ta' Tlieta filgħodu fuq Għaddi s'hawn" Hu xeħet anke xi ritratti meħudin mill-programm.

Awguri mill-qalb Ian għal dak li ġej!


Kyle Zarb