Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta' eks ġurnalist tal-Union Press, Louis Cauchi. Louis kellu 77 sena u kien jagħmel parti ekoll mill-grupp ta' ħaddiema fil-Union Print.

Il-paġna tal-General Workers' Union għaddiet il-kondoljanzi lil Justin Cauchi, li jiġi iben Louis u wkoll huwa wieħed mill-ħaddiema fil-GWU. 

L-aħħar tislima lil Louis ser tingħata nhar it-Tlieta 2 ta' April fit-8.00 fil-Knisja Tal-Madonna ta' Fatima fi Gwardamangia. 

Insellmu l-memorja tiegħu. Kuraġġ lill-qraba u l-ħbieb f'dan iż-żmien diffiċli. 


Marija Bellia