Aħna ta' Gwida kellna ċ-ċans li nitkellmu ftit ma' Ira Losco u ma stajniex ma nistaqsuhiex dwar Harry u Gigi, ir-relazzjoni ta' bejnietom u jekk humiex ħa jkunu qed isegwu fuq il-passi tagħha u ta' Sean.

Kif inhi r-relazzjoni ta' Harry u Gigi flimkien? X’kien qal meta ra lil Gigi l-ewwel darba?

Verament tal-ġenn. Hi ffissata fuqu u Harry il-ħin kollu moħħu biex jilgħab magħha. Veru ħelwin. Meta raha l-ewwel darba niftakar li ried iżommilha jdejha. Veru kien mument ħelu!

Qed naraw li Harry qed jinteressa ruħu fil-mużika wkoll. Gigi l-istess?

Nemmen li Harry ser ikun involut fid-dinja tal-mużika. Gigi ma naħsibx għax iżjed iffissata fuq it-tisjir u l-ikel.

X’jgħid meta jarak tkanta?

Harry wasal għall-età fejn jgħidli biex nieqaf inkanta biex ikun jista‘ jisma' l-kanzunetta ddoqq. Gigi titbissem meta nkanta. Apparti minn hekk, Harry jistaqsi għall-kanzunetti tiegħi fil-karozza u għalhekk naħseb li jħobb il-mużika tiegħi. Meta jara lili fuq it-tv għall-X Factor jew fuq vidjow mużikali, jieħu pjaċir bih.

Din l-intervista ġiet ippublikata b'mod esklussiv fuq ir-rivista tagħna GWIDA fix-xahar ta' Ottubru. Il-GWIDA toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.


Gwida.mt