Mill-Ingilterra ħarġu diversi players ta’ stoffa, fosthom attakkanti bħal Alan Shearer u Paul Gascoigne. Bħalissa, l-aktar player Ingliż li skorja għall-Ingilterra huwa Wayne Rooney, leġġenda ta’ Manchester United u tal-football inġenerali, li dan għandu 53 gowl taħt ismu.

Fil-World Cup 2022 hemm ċans li r-rekord ta’ Wayne Rooney jinkiser mill-istilla ta’ Tottenham, Harry Kane, li dan bħalissa jinsab fuq 51 gowl, żewġ gowls biss inqas minn Rooney. Kane kien l-aktar player li skorja gowls fil-World Cup li għaddiet tal-2018 u għalhekk hemm possibiltà kbira li dan jilħaq u jikser ir-rekord tal-Ingilterra biex isir l-aqwa scorer tat-tim Ingliż.

Facebook / Harry Kane


Henzley  Bezzina