Valentina Rossi tista' tgħid li llum saret isem magħruf ma' kulħadd u dawk li jsegwuha fuq il-mezzi soċjali tagħha jafu kemm dejjem titkellem ċar u tond dwar dak li tkun qed tara fuq it-televiżjoni lokali.

Fil-jiem li għaddew, is-sit Malta Daily rrapporta li Malta's Got Talent u X Factor Malta ħa jkunu qed jirritornaw fuq it-televiżjoni lokali, iżda ma ġiex imħabbar meta! Valentina qasmet din l-aħbar fuq il-mezzi soċjali tagħha u ħafna nies ikkummentawlha li jixtiequ jarawha fuq il-panel tal-ġurija.

Fl-istejjer tagħha ta' instagram, Valentina dejjem tispiċċa tikkummenta dwar dak li qed tara. Kemm jekk hu X Factor Malta, kemm jekk hu Malta's Got Talent, kemm jekk hu Eurovision Song Contest u anke xi festival ieħor. Il-kummenti tagħha dejjem jattrattaw diversi ammiraturi. Ir-raġuni wara dan kollu hi sempliċi, Valentina onesta u dak li tħoss ma tiddejjaqx tgħidu.

Timmaġina tkun fuq xi panel ta' wieħed minn dawn il-programmi?

Facebook / Valentina Rossi


Emil Calleja Bayliss