Ilbieraħ filgħaxija rajna episodju ieħor ta' Malta's Got Talent u wirja li tinsab fuq fomm ħafna nies hija dik tat-tfjala Nicole Hammett li rċeviet il-Golden Buzzer wara li saħħret lill-ġurija b'wirja mill-aqwa fejn kellha l-element tar-rock imħallat ma' dak tal-opra.

Jidher li madwar erba' snin ilu kien hemm wirja simili fuq l-istess tip ta' programm fi Spanja. Ħafna telespettaturi bdew jikkummentaw fuq dan il-fatt! Nicole kellha kummenti mill-isbaħ mingħand il-ġurija, b'Howard Keith jgħid li qabditu l-bard!

Il-polemilka qamet għax Nicole kellha wirja simili mmens għal dik ta' Cristina Ramos li rebħet l-edizzjoni ta' Spain's Got Talent fl-2016! Fost il-ħafna kritika li kien hemm, ħafna kkummentaw li fl-aħħar mill-aħħar Nicole xorta għamel wirja spettakolari fejn it-talent tagħha tassew spikka.

Il-kritika bħal dejjem ma tonqosx, s'issa rajna tifel żgħir li jaf il-pajjiżi bl-amment, fejn ħafna qalu li jekk wieħed jistudja faċli jagħmel l-istess. Rajna lil grupp ta' żeffien b'korjografija mill-aqwa fejn ukoll kien hemm min għadda xi tip ta' kritika u din il-ġimgħa kien imiss lil Nicole.

Barra minn Malta rajna kantanti jagħmlu cover version normali li ħadu l-golden buzzer għax it-talent tagħha kien spettakolari. Din mhux kompetizzjoni ta' kemm tkun oriġinali fl-aħħar mill-aħħar, għalkemm dak l-element taf ikun importanti sabiex jgħinek tikseb suċċess.

Nistennew li naraw xi ħaġa spettakolari minn Nicole Hammett fil-fażi li jmiss tal-live shows. Ninsabu ċerti li wara dal-kummenti ta' kritika ħa nkunu qed naraw xi ħaġa spettakolari fil-fażijiet li jmiss minn Nicole Hammet. It-talent qiegħed hemm u kif!

Facebook /Nicole Hammett


Gwida.mt