Illum kien hemm programm ieħor ta’ NETLIVE, fejn kien hemm intervista mal-karattru popolari u tant għal qalbna Griz. Waqt il-programm, Griz kellu messaġġ x’jgħid lit-tfal kollha li qegħdin isegwuh.

“Lit-tfal ngħidilhom biex jagħtu daqqa t’id lil mama, jaħslu naqra l-platti u naqra l-art u jgħinuha. Lit-tfal ngħidilhom biex joqgħodu bilgħaqal u ma joqodux imqarbin. U jqattgħu ħafna ħin mal-ġenituri u jitgħallmu jagħmlu xi ħaġa aktar differenti mis-soltu.”

Idea tajba din Griz! Intom it-tfal tagħkom qed ikunu mqarbin?

Facebook/NET News


Nicole Barbara