Tiftakruha lil Malena Ernman li rrapreżentat lill-iSvezja fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta La Voix lura għall-2009? Din it-tfajla hija bintha u bħalissa tinsab fuq fomm kulħadd.

Id-diskors passjonali tagħha qed ikun irrapurtat bħala l-aktar karba sinċiera li qatt instemgħet waqt konferenza ambjentali mmexxija mill-Ġnus Magħquda. Dan id-diskors dar madwar id-dinja. 

Hawn min qed jikkritikaha li d-diskors kien ippreparat daqslikieku xi skript teatrali mimli drama u nieqes mill-onestà. Int x'taħseb?

Instagram / Greta Thunberg


Deo Grech