Il-kantanta Maxine Pace kellha laqgħa mal-Prim Ministru Dr. Robert Abela wara r-rebħa tagħha waqt ir-raba' staġun ta' Mużika Mużika kważi ħmistax ilu. Hemm hi tkellmet miegħu dwar dan il-vjaġġ sabiħ fejn hu anke feraħ lilha, lit-tim tagħha u lil Festivals Malta.

"Hu feraħ lili flimkien mat-tim tiegħi, Cyprian u Emil u kif ukoll lit-tim ta’Festivals Malta u ta’ Mużika Mużika għal dan is-suċċess. Grazzi tal-istedina u l-kummenti sbieħ li għaddejtilna," tikteb Maxine fuq il-profil.

Prosit kbira Maxine! 


Kyle Zarb