Illum huwa għeluq snin Stephanie Galea, li f’Marzu li għadda rebħet it-titlu ta’ Mrs Malta 2019. Apparti dan, Stephanie hija omm ta’ żewġt itfal.

Fuq il-profil ta’ Facebook tagħha, Stephanie kitbet li din is-sena hija sena li żgur qatt mhu se tinsa. Tgħid li kienet sena mimlija ferħ, memorji u mħabba.

“Sena fejn il-ħolma tiegħi seħħet u ġejt inkurunata Mrs Malta 2019. Veru ninsab onorata u kburija li qed inġorr dan it-titlu.”

Hi għalqet il-messaġġ tagħha billi kitbet: “Grazzi Mulej talli tajtni sena oħra mimlija ħajja.”

Stephanie se tkun qed tiċċelebra t-38 sena tagħha, li żgur lanqas biss tidirhom. Aħna f’isem it-tim tal-Gwida nixtiequlek l-isbaħ ġurnata, Steph!

Facebook/Steph Galea


Nicole Barbara