Il-Ħadd li għadda ntemmet is-sensiela Game of Thrones u ħafna ammiraturi ta’ din is-sensiela kienu ixxokjati bit-tmiem tagħha. Meta l-karratru ta’ Jon Snow qatel lir-reġina Daenerys Targaryen, li kienet ukoll iz-zija tiegħu li kien involu magħha b’mod romantiku, l-ammiraturi malajr bdew iresqu l-ilmenti tagħhom fuq Twitter. Ħafna xtaqu li dan il-karattru jkollu tmiem aħjar, forsi kemmxejn aktar feliċi imma qatt ma ħasbu li kellu jkun Jon Snow li joqtolha b’stallet!

View this post on Instagram

A post shared by FREAKOUT! (@freakout.inc) on

Milli jidher mhux l-ammiraturi biss kienu sorpriżi imma anke l-atturi Kit Harington u Emilia Clarke li jagħmlu dawn iż-żewġ karattri prinċipali. Waqt dokumentarju li l-istazzjon xandar wieħed seta’ jara faċilment ir-reazzjonijiet tagħhom meta kienu qed jaqraw l-aħħar xeni ta’ din is-serje. Wieħed kultant jinsa l-fatt li l-atturi jkunu għexu l-karratru b’mod ħaj u probabbli jkunu kurjużi daqsna jekk mhux aktar biex ikunu jafu t-tmiem tal-istorja u l-karratru tagħhom.

View this post on Instagram

A post shared by Game Of Thrones (@gameofthronel) on

Id-dokumentarju juri wkoll ir-reazzjoni ta’ Harington meta Arya, kontra dak mistenni attakk fuq il-karattru ta’ Night King waqt il-magħrufa Battalja ta’ Winterfell. Hu ammetta li ħaseb li ħa tattakka lil karattru tiegħu ta’ Jon Snow, infatti beda jċapċap lil Maisie Williams li taħdem il-karattru. Numru ta’ ammiraturi ikkumentaw li Harington deher vera kburi b’Williams u kien qisu ħuha ż-żgħir jċapċap b’ammirazzjoni.

Instagram / Game of Thrones


Emil Calleja Bayliss