Il-Gran Finali tal-Eurovision Song Contest 2022 f’Turin se jkollha l-unur ta’ mistiedna speċjali ħafna nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju. Dan għaliex l-ewwel rebbieħa tal-Konkors għall-Italja, Gigliola Cinquetti, se tkun parti mill-ispettaklu fil-PalaOlimpico u t-telespettaturi f’darhom. Miljuni ta' nies huma mistennija li jsegwu l-finali ta' dan il-konkors.

Kważi 60 sena minn meta Cinquetti rebħet il-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta tagħha Non Ho L’età (Per Amarti). Minn dik ir-rebħa fl-1964, il-kanzunetta reġgħet lura għall-palk tal-Eurovision għat-tieni darba – fl-1991, meta l-Konkors kien sar f’Ruma wara r-rebħa ta' Toto Cutugno. Cinquetti ippreżentat il-Eurovision dik is-sena u kantat il-kanzunetta klassika waqt l-intervall matul l-ispettaklu.

Cinquetti ħa tkun qed tkanta Non Ho L’età (Per Amarti) fuq il-palk fil-PalaOlimpico waqt il-Gran Finali f’Turin. Hi ħa tkun parti minn line up mill-aqwa li jikludu wkoll lil Il Volo u Diodato.

Facebook / Verissimo


Emil Calleja Bayliss