Il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates dalgħodu indikat li għat-tieni darba minn kemm ilha li bdiet din il-pandemija, jidher li ħa jkollna r-raba' jum bla każijiet pożittivi. Din żgur hi bxara tajba u nittimaw li l-jiem bla każijiet pożittivi jkomplu jiżdiedu aktar ma jmur.

Dan juri li l-miżuri kollha li bilmod il-mod ġew imneħħija ma kellhomx impatt fuq il-każijiet pożittivi f'pajjiżna bħal ma ġara f'pajjiżi oħra li wħud minnhom spiċċaw kellhom jagħlqu partijiet mill-pajjiż għal xi jiem u jmorru f'lockdown ieħor biex iżommu l-virus milli jkompli jinxtered.

Fil-jiem li ġejjin inkunu nafu wkoll jekk il-ftuħ tal-ajruport kellux xi impatt fuq is-sitwazzjoni ta' pajjiżna jew le, iżda s'issa jidher li l-affarijiet mexjin fuq nota pożittiva. Nittamaw li nkomplu għaddejjin b'dan ir-ritmu.


Emil Calleja Bayliss