Dawk tal-Birgu żgur jafuh lil Dun Lawrenz Bonnici, sfortunatament dan l-aħħar saħħtu marret lura u ddeċieda li wasal iż-żmien li jieqaf jieħu ħsieb il-Kappella tal-Ħawli fil-Birgu.

Il-paġna Malta, News, Photos & People qasmet erba' kelmiet mill-qalb minn Karmenu Scicluna, "Ħbieb, kull bidu għandu t-tmien tiegħu fil-ħajja. Il-Kan. Dun Lawrenz Bonnici ilu jieħu ħsieb il-Kappella tal-Ħawli fuq 41 sena, issa minħabba li saħħtu marret lura daħal fejn jipprepara għal min ġej warajh."

Il-messaġġ għalaq, "B'qasma ta' qalb u bid-dieqa kollha għalaq il-bieb tal-Kappella u ta iċ-ċwievet lill-Parroċċa." Grazzi minn qalba tas-servizz tiegħek lejn is-soċjetà għal dawn is-snin kollha.

Facebook / Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa - #ilbandatalbirgu


Emil Calleja Bayliss